Thursday, December 26, 2024

Minn tifel ibbuljat isir l-aktar raġel sinjur fid-dinja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-fundatur tal-kumpaniji Tesla u Space X sar l-iktar bniedem sinjur fid-dinja hekk kif il-ġid tiegħu u stmat li qabeż $185 biljun.

Elon Musk, qabeż il-Kap Eżekuttiv ta’ Amazon Jeff Bezos biex b’hekk issa tela’ fil-quċċata tal-lista tal-iktar persuni sinjuri fid-dinja. Dan seħħ hekk kif il-prezz tal-ishma tal-kumpaniji tiegħu kompla jiżdied. Sal-2017, Bezos kien meqjus bħala l-aktar raġel sinjur fid-dinja.

Madwar sena u nofs ilu l-valur tal-kumpanija Tesla kienet sofriet tnaqqis qawwi fil-kapital tagħha minħabba kwistjonijiet legali relatati mal-istess kumpanija. Fl-istess sena Musk kien ħabbar fi Tweet li kellu fond sigur biex jibqa’ jinvesti u jtejjeb il-kwalità filwaqt li jsolvi dawn il-kwistjonijiet.

Fl-aħħar xhur, l-ishma ta’ Musk irkupraw bil-qawwi bi tkabbir ta’ aktar minn disa’ darbiet tal-valur f’dak il-perjodu, filwaqt li dawk ta’ Amazon baqgħu aktar stabbli.

Fil-bidu tal-2020, il-ġid ta’ Musk kien stmat li kien madwar is-$27 biljun kien jagħmel parti mil-lista tal-aktar 50 persuna sinjuri fid-dinja.

It-tfulija tiegħu xejn ma kienet faċli u kien saħansitra spiċċa rikoverat fi sptar għal ġimagħtejn sħaħ wara li grupp ta’ studenti waddbuh minn taraġ għal isfel ta’ skola li kien jattendi.

Ekonomija

Sport