Wednesday, April 24, 2024

Twissi dwar raġel li allegatament qed “joffri xogħol jew għajnuna biex wara jabbuża minn nisa”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Angele Camilleri, persuna li taħdem ħafna mill-qrib ma’ persuni fil bżonn qiegħda twissi dwar raġel perikoluż.F’kitba fuq il-profil tagħha hija qalet li se tkun qiegħda terfa’ r-responsabbilità ta’ dak li qed tikteb dwaru. 

Hija wissiet dwar raġel li allegatament qiegħed “jipprova joffri xogħol jew taparsi jgħin lil nisa biex wara allegatament abbuża minnhom”. Camilleri qalet li għalkemm ma ġratx lilha, hi allegatament kienet se tispiċċa tiġi użata biex tkun tista’ tressqu lejn dawn in-nisa. Hija żiedet tgħid li dan ir-raġel allegatament kapaċi wkoll “joffri flus biex ukollu x’jaqsam ma’ dawn in-nisa”.

Hija temmet tgħid li bħalma dejjem tagħmel, huwa fid-dmir tagħha li tipproteġi lin-nies u għalhekk qiegħda twissi billi tippubblika provi ta’ diskursata li kellha mar-raġel imsemmi fuq Whatsapp li saħansitra prova jigdeb dwar ismu.

Sport