“Rip għażiża. Battalja li bdejniha flimkien, kamra ma’ kamra flimkien u mhu ħa ninsik qatt tal-kuraġġ li dejjem tajna lil xulxin”. Dan kien il-messaġġ li wasslet Kimberly Zammit, it-tfajla ta’ 22 sena li għandha tumur, hekk kif bosta qed isellmu l-memorja taż-żagħżugħa Mirea Portelli li tilfet ħajjitha.
F’bosta messaġġi fuq il-midja soċjali, Mirea kienet iddiskrevutha bħala persuna maħbuba minn ħafna speċjalment mill-famiilja u li minkejja kienet għaddejja minn tbatija kbira, qatt ma qatgħet qalbha u baqgħet tiġġieled sal-aħħar.