Monday, February 9, 2026

Miriana Conte tirrimarka sena minn meta rebħet il-Eurovision ta’ Malta bil-kanzunetta ‘KANT’

Aqra wkoll

Miriana Conte irrimarkat sena minn meta rebħet il-Konkors tal-Eurovision ta’ Malta bil-kanzunetta tagħha ‘KANT’.

Il-kantanta tkellmet dwar dan fuq il-midja soċjali fejn fakkret dwar l-espejenza tagħha fil-Eurovision u qasmet ritratti u vidjo ta’ mumenti minn dik il-lejla speċjali.

Il-kantanta rebħet bil-kanzunetta ‘KANT’, li kellha tinbidel għal ‘SERVING’ għall-Konkors tal-Eurovision f’Basel dik is-sena.

Wara li waslet sal-finali, Miriana kompliet il-vjaġġ mużikali tagħha billi ħarġet aktar kanzunetti fosthom ‘GĦAJJEJT ’ u ‘Napoletana’, filwaqt li tat ukoll wirjiet lokalment u barra minn Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport