Sunday, November 24, 2024

Mis-7 ta’ Frar iċ-ċertifikat tat-tilqim mhuwiex se jibqa’ obbligatorju għal ċertu stabbilimenti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu fil-parlament il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qabbel il-miżuri mal-bidwi li jiżra’ l-frott biex jinħasad f’waqtu. Fearne kompla jgħid li dawn isiru biex ikunu tal-aqwa benefiċċju għall-poplu u mhux biex tikseb il-voti jew għal raġunijiet oħra.

Fakkar li f’pajjiżna hawn tliet kwarti tal-poplu Malti li hu mlaqqam bil-booster u n-numri juru li dan qiegħed jaħdem.

Għaldaqstant il-Ministru Fearne qal li peress li s-sitwazzjoni fl-Isptarijiet hija taħt kontroll, il-figuri jinsabu taħt kontroll u għalhekk se jibdew jitnaqqsu xi miżuri.

Kien hawnhekk li Fearne ħabbar li fejn jidħol iċ-ċertifikat tat-tilqim validu, mis-7 ta’ Frar li ġej, dan mhuwiex se jibqa’ obbligatorju għal ristoranti, snack bars u każini.

Huwa qal li mill-ġimgħa ta’ wara, iġifieri mill-14 ta’ Frar, dan iċ-ċertifikat mhuwiex se jibqa’ obbligatorju għall-bars, gyms, spas, pools u anke t-teatri u ċinemas.

Sport