Wednesday, April 24, 2024

Il-kwarantina għall-kuntatti primarji mistennija tonqos fit-tieni nofs ta’ Frar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dwar il-kwarantina u l-perjodu ta’ sebat ijiem, id-Deputat Prim Ministru qal li minn riżultati li saru, wieħed minn kull sebgħa li jkollhom kuntatt primarju ma’ persuna pożittiva, jirriżulta pożittiv u għalhekk tidher bil-fatti li l-kwarantina kienet neċessarja.

F’dawn il-ġimgħat din ir-rata ta’ pożittività fis-seba’ ġurnata bdiet nieżla u dalwaqt tasal f’punt li l-perjodu jonqos għal ħamest ijiem sakemm titneħħa kompletament.

“Meta se jasal dak il-punt jista’ jkun tliet ġimgħat, ħmistax jew erba’ ġimgħat. Jidher li se jkun fit-tieni parti ta’ Frar. Ma nistax ngħid illum. Inkunu nistgħu nħabbru dan jekk din it-trend tibqa’ u meta jkollna figuri aktar preċiżi”, tenna Fearne.

Sport