Thursday, April 18, 2024

“L-awgurju tagħna hu li x-xjenza tħallina ngawdu l-festi fis-sajf li ġej” – id-DPM

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem ukoll dwar il-festi li huma parti mill-karatteristika tagħna l-Maltin. Huwa qal li għal dawn is-sentejn dawn kellhom jitrażżmu minħabba l-pandemija.

Huwa ħabbar li din il-ġimgħa flimkien mal-Prim Ministru se jkunu qegħdin jiltaqgħu mal-partijiet konċernati biex janalizzaw flimkien b’mod xjentifiku l-fatturi li jistgħu jerġgħu jaraw li jkollna l-festi li jsiru b’mod sigur għal kulħadd.

“Ix-xewqa tagħna hi li l-festi tas-sajf ikunu jistgħu jerġgħu jsiru. L-indikazzjonijiet mhumiex ħżiena imma s’issa għadhom indikazzjonijiet. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu f’pożizzjoni li ngħidu fiċ-ċert għax għandha tkun x-xjenza li tiddetta għax l-ewwel u qabel kollox irridu nieħdu ħsieb is-saħħa tal-poplu tagħna”, kompla l-Ministru Fearne.

Ekonomija

Sport