Sunday, December 22, 2024

Mis-sena d-dieħla se jiżdiedu mediċini ġodda bla ħlas

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-sistema tas-saħħa f’Malta kif ukoll is-servizzi soċjali, huma fost l-aktar b’saħħithom meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra. Dawn iħarsu liċ-ċittadini li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi partikolari jew iebsin.

Barra li l-poplu Malti u Għawdxi jgawdi mis-servizzi ta’ kliniċi u sptar bla ħlas, hemm ukoll il-formularju tal-Gvern li fih lista ta’ mediċini li jingħataw bla ħlas għal ċertu mard u kundizzjonijiet partikolari.

Mis-sena d-dieħla, dan il-formularju se jkompli jżid fil-lista tiegħu u se jinkludi mediċini li wkoll se jingħataw bla ħlas. Dawn il-mediċini ġodda se jingħataw lill-pazjenti tal-IVF, dawk li jbatu mill-kundizzjoni tal-ażma, mill-Pulmonary Fibrosis, kif ukoll se jkunu pprovduti mediċini ġodda għal persuni li jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali.

Dan it-tagħrif ingħata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, għal interpellanza parlamentari mid-deputat tal-PN, Ian Vassallo.

Ekonomija

Sport