Thursday, March 28, 2024

Mis-Sibt jitwaqqaf l-ivvjaġġar lejn pajjiżi li fihom nstab il-varjant il-ġdid tal-Covid-19

Aqra wkoll

Minn għada s-Sibt se jitwaqqaf l-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi li fihom instab il-varjant il-ġdid tal-Covid-19.

Dan tħabbar aktar kmieni mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Il-Ministru Fearne żied jgħid li min-nofsillejl tas-Sibt se jieqaf l-ivvjaġġar lejn dawn il-pajjiżi li jinkludu l-Afrika t’Isfel, in-Namibia, il-Lesotho, il-Botswana, l-Eswatini u ż-Żimbabwe.

Il-varjant B.1.1.529 qed ikun deskritt bħala wieħed ta’ tħassib, minħabba li huwa differenti mill-varjanti l-oħra u hemm ċans li t-tilqima ma taħdimx fuqu.

Ekonomija

Sport