Friday, October 25, 2024

Missier jaħfer lil ibnu li pprova joqtlu u jagħżel li ma jixhidx kontrih

Aqra wkoll

Raġel ta’ 37 residenti Ħal Għargħur ma nstabx ħati li pprova joqtol lil missieru wara li fil-Qorti, il-misser għażel li ma jixhidx. 

L-akkużat, Steven Azzopardi kien mixli li lura għal April tal-2018, ipprova joqtol lil missieru b’arma tan-nar. 

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ f’għalqa u li l-missier intlaqat fi spalltu wara li ibnu sparalu b’arma tan-nar. 

Il-vittma għażel li ma jixhidx kontra ibnu quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace u qal li kien ħafer lil ibnu.

L-Avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali insistew li l-każ kellu jkompli u li l-iben kellu jgħaddi ġuri.

Il-kumpilazzjoni tal-provi ilha għaddejja għal aktar minn erba’ snin, fejn fiha xehdu bosta pulizija u esperti tal-Qorti.

Il-Maġistrat Micallef Stafrace ma sabitx lil Steven Azzopardi ħati u lliberatu mill-akkużi kollha.

Il-Prosekuzzjoni f’din il-kawża tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri.

L-Avukati Franco Debono u Marlon Camilleri dehru għall-imputat. Għall-vittma deher l-Avukat David Gatt. 

Sport