Josie Vella, missier Jake, it-tifel li ġibed il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, illum mar jagħti d-demm biex jgħin lil dawk kollha li qegħdin jiġġieldu l-marda tal-kanċer.
F’post fuq il-midja soċjali Josie kiteb li llum huwa l-Jum Dinji tal-Kanċer u kulħadd għandu jiftakar aktar fil-persuni li qegħdin jiġġieldu din il-marda.

