Trejqet il-Liedna f’Santa Luċija kellha tiġi evakwata minħabba rapport ta’ wieħed mir-residenti li joqgħod fl-imsemmija triq.
Kienu għall-ħabta tat-8:15 p.m meta missier għamel rapport li ibnu kien ħa miegħu d-dar xi bombi li kien sab waqt li kien sab waqt li kien barra. Il-Pulizija bdiet minnufih bl-evakwazzjoni tar-residenti li joqogħdu sa mitt metru mad-dawra tad-dar fejn hu mifhum li hemm il-bomba.
Fuq il-post issejħu wkoll membri mis-sezzjoni tal-Bomb Disposal Unit tal-AFM. Ftit minuti wara l-AFM ikkontrollat is-sitwazzjoni hekk kif ġabret dawn iż-żewġ bombi u ttieħdu għall-investigazzjoni filwaqt li r-residenti setgħu jidħlu lura fi djarhom.