Fix-xhur li ġejjin l-isem ta’ Jude Bellingham se jkun il-prijoritá fis-suq tat-trasferimenti hekk kif qed jiġi segwit minn bosta clubs bl-aktar tlieta favoriti li jiksbu l-firma tiegħu huma Real Madrid, Liverpool u Manchester City.
Bla dubju, dan se jkun l-aħħar staġun ta’ dan l-attakkant internazzjonali Ingliż ma’ Borussia Dortmund.
Se jkun interessanti l-fatt x’se tkun id-destinazzjoni tiegħu. Fis-sajf li għadda kienu Liverpool li dehru li laħqu ftehim iżda issa jidher li l-Madrileni huma fil-pole position li jakkwistaw is-servizzi tiegħu.
Peró, missieru Mark irid li t-tifel tiegħu jmur jilgħab f’Anfield u se jagħmel minn kollox biex jipprova jipperswadih.