Tuesday, May 14, 2024

Inna l-kantanta Rumena ħerqana biex tkanta fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejla f’Għawdex

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest biex ilejla fi Pjazza Indipendenza f’Għawdex tkanta Inna – l-kantanta Rumena li se tkun il-mistiedna speċjali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejliet l-ewwel tas-sena f’Għawdex.

Wara nuqqas ta’ sentejn, ilejla għall-ħabta tad-9pm fi Pjazza Indipendenza se jibda spettaklu kbir li jwassal sat-tokki ta’ nofsillejl u b’hekk l-udjenza tilqa’ s-sena l-ġdida.

F’kummenti li tat Inna mal-wasla tagħha f’Malta qalet li fi żmien li se tagħmel hawn se tipprova tiskopri kemm tista’ minn dan il-pajjiż.

Hi sellmet lil dawk kollha li ilejla se jkunu qegħdin jaraw il-wirja tagħhom u tat garanzija li kulħadd se jkun qiegħed jieħu pjaċir.

Fl-ispettaklu se jieħdu sehem diversi artisti l-aktar Għawdxin. Fost l-oħrajn se jkun hemm il-bands Mel Xkejfa & Danny u Cash & Band. Wara jkun hemm l-orkerstra “Musea “ li se tkun tikkontisti fi 23 mużiċist. Magħhom se jkun hemm ħames kantanti Għawdxin – Sarah Bonnici, John Cassar, Remy u Gabriella Azzopardi u Jolene Samhan.

Ma’ dawn imbgħad se tingħaqad Inna, il-kantanta Rumena li waslet f’Malta lbieraħ waranofsinhar.

Kien fl-2008 meta Inna kisbet popolarità kbira bil-kanzunetta “Hot”. Inna laħqet il-quċċata tal-klassifika tad-dinja b’kanzunetti oħrajn bħal Amazing’, ‘Diggy Down’, ‘Bebe’ u ‘Up’.

Sport