Wednesday, January 7, 2026

Missier wieħed mill-vittmi tal-inċident tat-traffiku f’Għawdex jitlob għall-ġustizzja

Aqra wkoll

“Illum huwa għeluq snini, u din is-sena mhux qed nitlob rigali iżda qed nitlob it-talb tagħkom

Ibni Ayrton Vella b’xorti tajba ħareġ mill-isptar, iżda sieħbu Kurt Galea għadu qed jiġġieled għal ħajtu. Ħajja li kważi ttieħdet minn sewwieq fis-sakra fil-21 ta’ Diċembru, quddiem il-Kumpless Maxtura, Għawdex.”

Hekk kiteb fuq il-midja soċjali Marco Vella li ibnu sofra ġrieħi gravi fl-inċident tat-traffiku f’Għawdex.

Hu kompli jikteb li “l-ebda ġenitur m’għandu qatt ikollu jissaporti dak li qed jgħixu l-ġenituri ta’ Kurt — jaraw lil binhom żgħir u sabiħ jiġġieled għal ħajtu f’sodda tal-isptar. Flimkien mat-talb tagħkom, qed nitlob il-vuċijiet u l-appoġġ tagħkom sabiex issir ġustizzja tassew. Dak li ġara ma jistax jiġi injorat jew minsi. Sewqan traskurat u fis-sakra jeqred ħajjiet u familji innoċenti, u dawk responsabbli għandhom jinżammu responsabbli bis-sħiħ.”

Stqarr li rridu ningħaqdu flimkien sabiex l-ebda sewwieq ieħor ma jaħrab minn dan, u l-ebda familja oħra ma tbati minħabba l-irresponsabbiltà kriminali ta’ xi ħadd ieħor. 

“Ġustizzja għal Kurt. 

“Ġustizzja għall-vittmi innoċenti kollha.

“Jekk jogħġobkom żommu lil Kurt Galea fit-talb tagħkom u ibqgħu magħna għall-ġustizzja,” itemm jikteb Marco Vella.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport