Wednesday, December 25, 2024

“Missieri għallimni li mingħajr il-kelma fil-ħajja m’għandek xejn”

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu mill-Imdina, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna l-importanza li tinżamm il-kelma u qal li dan huwa valur li għaddielu missieru. “Kien jgħidli li jekk ma jkollokx il-kelma ma jkollok xejn”, qal Grech waqt li kompla biex jgħid li fuq il-kelma u fuq it-twettiq ta’ dik il-kelma hija s-saħħa u l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista.

Grech qal li l-verità bil-mod dejjem telgħet f’wiċċ l-ilma u tkellem dwar l-investigazzjonijiet tal-eks kapijiet tal-Partit Nazzjonalista u l-ġurnalisti kollha li jinvestigaw.

Filwaqt li tkellem dwar il-proposti tal-partit immexxi minnu, Grech qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija kkonsultata, riċerkata u studjata. 

Huwa tenna li l-għażla tal-poplu Malti u Għawdxi hija jekk iridx li jnaqqas  b’mod sostanzjali l-maġġoranza tal-Partit Laburista jew saħansitra jew li jafda lill-Partit Nazzjonalista u jagħtih il-fiduċja biex imexxih.

Ekonomija

Sport