Sunday, December 22, 2024

Mistenni jitressaq il-Qorti l-allegat ħalliel li daħal jisraq f’ħanut f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-2:00 p.m., mistenni jitressqu diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse-Ann Farrugia, fosthom ir-raġel li allegatament kien involut f’serqa minn ħanut f’Ħal Qormi.

Dan wara tfittxija intensiva li saret mill-pulizija wara li l-allegat ħalliel kmieni lbieraħ filgħodu daħal jisraq minn ħanut fi Triq Manwel Dimech.

Għall-ħabta tat-3:00 a.m tal-bieraħ, il-Pulizija kienet infurmata bis-serqa u minn stħarriġ li sar fuq il-post irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxier jgħaddilhom il-flus. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Persuni oħra ser ikunu akkużati li kkawżaw ġrieħi gravi, fost akkużi oħrajn.

Ekonomija

Sport