Sunday, July 26, 2026
Home Internazzjonali “Il-familja Rjali ma taqbiżx għal marti meta tisfa vittma ta’ attakki personali”

“Il-familja Rjali ma taqbiżx għal marti meta tisfa vittma ta’ attakki personali”

Il-Prinċep Harry dwar artiklu ppublikat minn Jeremy Clarkson fuq Meghan Markle

0
568
JOHANNESBURG, SOUTH AFRICA - OCTOBER 02: Prince Harry, Duke of Sussex and Meghan, Duchess of Sussex attend a Creative Industries and Business Reception on October 02, 2019 in Johannesburg, South Africa. (Photo by Chris Jackson/Getty Images)

Il-Prinċep Harry akkuża lill-familja Rjali illi naqsu milli jiddefendu lil martu, Meghan Markle, f’kontroversja li tqanqlet fil-gazzetta The Sun minn artiklu li ppublika Jeremy Clarkson ix-xahar li għadda.

Clarkson, fl-istess pubblikazzjoni kiteb li l-ħolma tiegħu hi li jara lil mart il-Prinċep Harry timxi għarwiena f’kull belt u n-nies igarawlha l-ħmieġ. Intant, l-artiklu kellu jitneħħa mis-sit li kien ippublikat fiha.

F’intervista li kellu l-Prinċep Harry fuq l-istazzjon ITV, huwa qal li l-familja Rjali dejjem għażlet li tibqa’ siekta meta Meghan Markle kienet tisfa vittma ta’ attakki personali li kienu jsiru fuqha. Fl-istess intervista huwa qal li jinsab imweġġa’ b’dak li kiteb Jeremy Clarkson fuqhom.