Żewġt irġiel li jinsabu mixlija b’serqa f’Birkirkara mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta ta’ 12:00 p.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke.
Il-każ seħħ fit-28 ta’ Mejju li għadda fejn il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa fi Triq Karm Żerafa, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara u tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li tlitt irġiel mgħammda u armati b’armi tan-nar daħlu f’garaxx, li dak il-ħin fuq ġewwa kien hemm raġel ta’ 53 sena.
Jidher li l-aggresssuri rabtuh minn idejh, serqu ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti u ħarbu minn fuq il-post.