Sunday, November 24, 2024

Mistennija riviżjoni ‘l isfel fil-prezzijiet tal-mediċina

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-jiem li ġejjin mistennija ssir riviżjoni fil-prezzijiet tal-mediċina biex b’hekk ma jkunx hemm piż fuq il-familji u l-pensjonanti Maltin u Għawdxin.

Waqt li kien qiegħed jindirizza l-Konferenza Ġenerali fid-Dar tal-Mediterran fil-Belt Valletta, Dr Abela qal li kien hemm diversi persuni li wrew it-tħassib tagħhom miegħu dwar żieda fil-prezzijiet tal-mediċini.

Sostna li mill-ewwel talba li jsir studju dwar dak li qegħdin jgħidu n-nies u “għalhekk nista’ nħabbar li fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru riviżjoni ‘l isfel fil-prezzijiet tal-mediċina.”

Sport