Il-Faċilità għall-Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz De Paul tixtieq tħabbar li bis-saħħa tad-dedikazzjoni sħiħa tal-ħaddiema u l-koperazzjoni tal-klijenti, is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fis-swali qed tiġi kkontrollata b’mod effettiv ħafna.
Għaldaqstant, b’effett min-nhar it-Tnejn, 13 ta’ Lulju 2020 se jinfetħu l-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz għall-viżitaturi. L-operat li bih se jitmexxew dawn iż-żjarat mill-qraba u l-ħbieb tal-anzjani ġie diskuss u maqbul mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Din in-normalità l-ġdida fil-fatt se tassigura kemm sigurtà kif ukoll dinjità għall-anzjani filwaqt li jiġu osservati l-linji gwida kontra t-tixrid ta’ mard.
B’effett mit-13 ta’ Lulju ż-żjarat se jsiru kif indikat hawn isfel:
Ħinijiet:
- 10.30am – 12.00pm
- 16.00pm – 19.00pm
Żjarat:
- Iż-żjarat isiru bl-appuntament mal-Customer Care ta’ San Vinċenz De Paul fuq 22912373. Hawnhekk il-viżitaturi li jkunu se jattendu jridu jagħtu l-isem u n-numru tal-karta tal-identià tagħhom.
- It-telefonati għall-appuntamenti jistgħu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm.
- Jistgħu jattendu massimu ta’ 2 viżitaturi għal kull appuntament.
- Importanti li kull viżitatur iġib miegħu maskra jew visor u jrid jilbishom tul il-vista kollha.
- Dakinhar tal-appuntament il-viżitaturi jridu jirreġistraw l-wasla tagħhom fil-Main Gate.
- Il-viżitaturi għandom jippreżentaw il-karta tal-identità fil-post tar-registrazzjoni.
- Wara r-reġistrazzjoni l-viżitaturi jridu jgħaddu mill-proċess ta’ screening fejn hawnhekk tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom.
- Wara l-proċess tal-iscreening il-viżitaturi jistgħu jipproċedu għall-entratura skont is-sala.
- Mhuwiex permess li l-viżitaturi jgħaddu minn sala għal oħra biex jaslu fis-sala tagħhom.
- Għal dan il-għan se jibqa’ jiġi provdut ix-shuttleservice u anki huwa permess li l-viżitaturi jidħlu bil-karozzi tagħhom u jipparkjaw ġewwa San Vinċenz De Paul.