Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar rilaxx ieħor ta’ miżuri bħala parti mill-ħruġ mill-pandemija.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn fiha ta wkoll id-dettalji marbuta mar-rifużjoni għall-mediċini tal-IVF, fost l-oħrajn tkellem dwar il-kwarantina.
Huwa qal li bħalissa il-kwarantina għal min għandu ċertifikat tat-tilqim validu, qiegħda għal dawk il-perusni pożittivi u dawk li jgħixu fl-istess dar magħhom huma obbligati li jagħmlu kwarantina ta’ 10 jiem
Dawk li jkollhom kuntatt dirett imma ma jgħixux fl-istess dar huma obbligati jagħmlu sebat ijiem kwarantina. Għal secondary contacts tneħħiet il-kwarantina kompletament.
Minn nhar it-Tnejn li ġej, dawk li jkunu kuntatti primarju, se jonqos il-perjodu ta’ kwarantina minn sebat ijiem għal ħamest ijiem, b’test negattiv fl-aħħar tal-kwarantina.
Jekk is-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll, mit-Tnejn 7 ta’ Marzu l-kwarantina għal kuntatti primarji titneħħa kompletament. Mill-istess jum il-persuni li jkunu pożittivi fid-dar tagħhom, il-kwarantina sakemm ikunu mlaqqmin, minn 10 ijiem tinżel għal sebat ijiem.
Aqra iktar dwar x’miżur oħra ġew rilaxxati u informazzjoni oħra li ngħatat waqt il-konferenza: