Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Lokali Mit-twaqqif tal-helpline tad-Dimensja ċemplu 6,107 persuni

Mit-twaqqif tal-helpline tad-Dimensja ċemplu 6,107 persuni

0
161

Minn meta ġiet stabbilita l-helpline tad-dimensja ċemplu 6,107 persuni. Il-maġġoranza tat-telefonati jistaqsu dwar sintomi tal-kundizzjoni u informazzjoni dwar servizzi relatati mad-dimensja.

Din l-informazzjoni ingħatat mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kien qed iweġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.