Sunday, December 22, 2024

Mitsotakis jikseb rebħa kbira fl-elezzjonijiet fil-Greċja… irid il-maġġoranza

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru konservattiv tal-Greċja Kyriakos Mitsotakis rebaħ l-elezzjonijiet fil-pajjiż, u ddeskriva r-rebħa kbira tiegħu bħala “terremot politiku”. 

L-avversarju politiku tiegħu Alexis Tsipras feraħlu wara t-tħabbira tar-riżultat fejn il-partit tiegħu kiseb biss 20% tal-voti. 

Mitsotakis qal li r-riżultat wera l-Griegi kienu taw lill-partit tiegħu mandat ieħor ta’ erba’ snin. “Il-poplu ried l-għażla ta’ Greċja mmexxija minn Gvern ta’ maġġoranza u minn demokrażija ġdida mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor,” huwa qal fid-diskors tiegħu tar-rebħa. 

Hekk kif ħarġu r-riżultati, kien evidenti li l-istħarriġ ta’ qabel l-elezzjoni kien issottovaluta l-marġini ta’ 20 punt bejn iż-żewġ partiti ewlenin. 

Il-partit ta’ Mitsotakis kiseb 146 siġġu, ħames siġġijiet inqas mill-151 meħtieġa għall-maġġoranza. Ir-rimarki tal-Prim Ministru ttieħdu bħala indikazzjoni li mhux se jfittex li jaqsam il-poter ma’ partit ieħor iżda jmur għal elezzjoni oħra f’Ġunju, biex il-partit jikseb is-siġġijiet meħtieġa. 

Il-President Grieg Katerina Sakellaropoulou se toffrilu mandat biex jifforma koalizzjoni, li x’aktarx se jirrifjuta. Imbagħad tgħaddi għaż-żewġ partiti li jmiss, u jekk dan ifalli jkollha tagħmel gvern proviżorju sal-elezzjonijiet li jmiss.

Ekonomija

Sport