Il-Kunsill Lokali tal-Fgura flimkien mal-Kummissjoni Festa Esterna qed torganizza mixgħela kbira b’7,000 xemgħa ġewwa l-Fgura.
Illejla fis-7:30p.m. waqt il-Viżti tas-Ssmu Sagrament, il-Kunsill Lokali tal-Fgura permezz ta’ Sezzjoni kulturali u mal-Kummissjoni Festa Esterna se jkunu qegħdin jorganizzaw mixegħla kbira ta’ xemgħat li testendi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja sat-triq prinċipali u Triq il-Karmelitani.
Din il-mixegħla se tkun akkumpanjata minn mużika sagra u elementi oħra li normalment nsibu f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Fit-8:00pm imbagħad fil-maħżen tal-armar ta’ Triq il-Karmelitani, se ssir ir-rappreżentazzjoni ħajja bl-isem, ‘Is-Siegħa tad-Dlam’. Din se tittella’ kull nofsiegħa u d-dħul huwa b’xejn.
Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattendi.