Monday, December 23, 2024

Mixli bil-qtil involontarju ta’ ħaddiem f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Albaniż ta’ 30 sena tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li b’negliġenza kkawża l-mewt ta’ ħaddiem li waqa’ f’xaft waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Fatjon Lulaj residenti Ħal Qormi kien mixli bil-qtil involontarju ta’ Adrian Muscat ta’ 40 sena f’Jannar tal-2022 u li naqas milli jiżgura li jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà fis-sit.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €40,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Clayton Bartolo u Andrew Agius Bonello. L-Avukat Matthew Brincat deher għal Lulaj.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport