Sunday, December 22, 2024

Mixli b’kompliċità fil-ħruq ta’ vettura f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena residenti x-Xagħra, Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli b’kompliċità fil-ħruq ta’ vettura.

Il-każ seħħ nhar l-1 ta’ Settembru li għadda, għall-ħabta tas-2.30 p.m fi Triq ir-Rabat, ix-Xewkija, Għawdex.

Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, l-imputat kien mixli wkoll li wettaq ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor u li sar reċediv b’diversi sentenzi mill-Qorti.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-libertà proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ekonomija

Sport