Sunday, November 24, 2024

Mixli b’kompliċità f’serqa minn residenza fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Tressaq raġel ieħor fil-Qorti b’rabta ma’ serqa minn residenza privata fil-Mellieħa li seħħet aktar kmieni dan ix-xahar.

Jean Claude Hili ta’ 27 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea mixli b’kompliċità f’serq aggravat, li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa, ksur ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li sar reċediv.

B’rabta ma’ din is-serqa, li seħħet fit-13 ta’ Diċembru, tressaq raġel ieħor – Frankie Bugeja ta’ 39 sena. Fi stqarrija li ta meta kien interrogat mill-pulizija, Bugeja kien identifika lil Hili bħala l-allegat kompliċi tiegħu.

L-Ispettur Christian Cauchi, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni, qal lill-Qorti li wieħed mill-oġġetti rrappurtati misruqa nstab fir-residenza ta’ Hili.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi iżda nżamm taħt arrest preventiv. Saret ukoll rakkomandazzjoni lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex Hili jirċievi l-għajnuna kollha neċessarja sabiex jindirizza l-problema tad-droga.

Sport