Sunday, May 5, 2024

Mara ta’ 32 sena mil-Latvja bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tan-12.30pm meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Rue D’Argens, l-Imsida.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Stigo Valk li kien misjuq minn mara ta’ 32 sena mil-Latvja, iżda residenti Tal-Pietà u Mazda Demio li kienet misjuqa minn raħel ta’ 69 sena residenti l-Imsida.

Mill-ewwel fuq il-post marru tim mediku li minħabba l-ġrieħi li kienet qed issofri l-mara kellha tittieħed l-Isptar b’ambulanza.

Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport