Sunday, December 22, 2024

Mixli b’serq ta’ deheb minn żewġ residenzi 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 48 sena residenti Ħal Għaxaq ġie mixli li wettaq żewġ serqiet minn żewġ residenzi f’Marsaskala u f’Ħal Għaxaq, liema serq jikkonsisti f’deheb u ġojjellerija b’valur ta’ xejn inqas minn €8,000. Hu ġie akkużat b’attentat ta’ serq minn postijiet oħra u li sar reċidiv. 

Joseph Attard ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonjiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti. Dawn is-serqiet seħħew bejn Diċembru u Jannar li għadda.

Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni spjegat li r-raġel kien identifikat minn kameras tas-sigurtà ta’ diversi ħwienet. Attard wieġeb mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Din it-talba sabet oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni, bir-raġuni li l-akkużat għandu bosta problemi u jeħtieġ l-għajnuna. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u rrakkomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jassigura li l-imputat jingħata l-għajnuna kollha li għandu bżonn.

Għal Attard deher l-avukat tal-għajnuna legali Adriano Spiteri. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca, Doriette Cuschieri u Antonello Magri.

Ekonomija

Sport