Tuesday, August 19, 2025

Mixli li hedded qassis b’imqassa talli tah biċċa pizza flok xirja

Aqra wkoll

Andre Calleja ta’ 31 sena residenti Bormla baqa’ jinżamm arrestat wara li kien mixli li hedded qassis bi mqass wara li dan tah biċċa pizza meta huwa talbu xirja. L-Ispettur Kurt Farrugia qam fil-Qorti li fit-18 ta’ Awwissu, għall-ħabta tal-4.00pm fil-Knisja ta’ Santa Tereża, l-imputat allegatament hedded lill-qassis u ħebb għalih kif ukoll li ġarr sikkina u li anke kiser sentenzi tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni spjegqalet li l-akkużat mar talab xirja talikel imma l-qassis offrielu biċċa pizza u kien hawn li allegatament l-akkużat beda jirrabja u heddu.

L-Avukat Matthew Charles Zammit, li qed imexxi d-difiża, talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għax hemm persuni li se jissejħu biex jixhdu kif ukoll għax qalet li m’huwiex affidabbli.

Il-Maġistrat Gabriella Vella qalet li fid-dawl tal-fatt li għad irid jixhed il-vittma kienet qed tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport