Monday, May 13, 2024

Mixli li importa ħames kilogrammi kannabis

Aqra wkoll

Serb ta’ 26 sena residenti l-Mellieħa nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li importa f’pajjiżna ħames kilogrammmi kannabis. 

Mladen Bjelica tressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih fosthom li assoċja ruħu ma’ persuni oħra biex tiġi importata d-droga u li kien fil-pussess tad-droga.

L-Ispettur Jonathan Pace spjega fil-Qorti kif nhar is-27 ta’ Diċembru li għadda, il-pulizija rċevew rapport mid-Dwana li kienu interċettaw żewġ pakketti li kien fihom 500 gramma ta’ kannabis.

Intqal li l-Maġistrat kienet approvat li ssir “controlled delivery” u mar hu stess iwassal dan il-pakkett, waqt li kien liebes ta’ ħaddiem tal-MaltaPost. Qal li żewġ individwi marru fuqu u saqsewh jekk kellux xi pakkett għal Bjelica u qalilhom li iva.

Qal ukoll li Bjelica kien iffirma huwa stess dan il-pakkett. Wara li ġie arrestat, 14-il pjanta tal-kannabis kienu ġew ikkonfiskat mir-residenza tiegħu. Żied jingħad li pakketti oħra simili kienu wkoll interċettati, fosthom tnejn l-istess li kienu indirizzati lil Mladen. Ingħad ukoll li Bjelica kkopera bis-sħiħ mal-pulizija sa mill-arrest tiegħu.

Fil-Qorti saret talba għall-ħelsien mill-arrest, li iżda ġiet miċħuda minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u l-fatt li għad baqa’ xhieda pajżana li għad iridu jixhdu.

L-Avukat Gianluca Caruana Curran deher għall-imputat.

Sport