Saturday, May 4, 2024

Tintemm is-sospensjoni ta’ Ivan Toney

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Brentford City Ivan Toney jinsab lest biex jerġa’ jilgħab wara li ntemmitlu s-sospensjoni ta’ tmien xhur li l-Federazzjoni tal-Futbol Ingliża tatu wara li kien involut f’xi imħatri sportivi.

Fuq is-sit soċjali tiegħu ta’ Instagram, Toney jidher ferm kuntent apparti li kiteb il-kelma ħieles, li jfisser li issa jista’ jerġa’ jagħmel dak li jħobb.

Bosta spekulazzjonijiet għaddejjin bħalissa fuqu fejn fost l-oħrajn hemm kważi ċertezza li mhux se jilgħab għal Brentford iżda jixtieq jingħaqad ma’ xi klabb ieħor. 

Toney għandu 27 sena u lagħab 111-il partita ma’ Brentford filwaqt li skorja 63 gowl.

Sport