Sunday, November 24, 2024

Mixli li pprova jisraq oġġetti minn fuq dgħajsa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena miż-Żejtun inżamm arrestat wara li ġie mixli li pprova jisraq oġġetti minn fuq dgħajsa. L-allegat reat seħħ is-Sibt li għadda, għall-ħabta tas-7.00 p.m. fix-Xatt f’Tal-Pietà.

Annise Bejaoui wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, li jinkludu wkoll il-ksur ta’ diversi ordnijiet tal-Qorti u li sar riċediv. Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjoni minħabba li għad baqa’ xhieda pajżana li għad iridu jixhdu u n-nuqqas ta’ affabilità tiegħu.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja tal-imputat u ordnat li jibqa’ miżmum taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian Azzopardi filwaqt li l-Avukat tal-għajnuna legali Josette Sultana dehret għal Bejaoui.

Sport