Friday, May 3, 2024

Maurizio Sarri ironiku wara l-karta s-safra ta’ Milinkovic Savic

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Lazio Maurizio Sarri kien ironiku fil-kummenti tiegħu wara t-telfa li ġarrbu i Biancocelesti kontra Salernitana fi tmiem din il-ġimgħa.

“Il-karta s-safra ta’ Milinkovic Savic? Jekk nitkellem kapaċi jissospenduni sitt xhur mela aħjar nagħlaq ħalqi.”

Sarri kien qed jirreferi għall-episodju meta Milinkovic Savic ġie muri l-karta s-safra għalxejn mir-referi Luca Manganiello. Wara din il-karta s-safra, Milinkovic Savic se jkun qed jitlef id-derby tal-kapitali kontra Roma.

Lazio tilfu kontra Salernitana bl-iskor ta’ 3-1.

Sport