Thursday, April 18, 2024

Richard Branson ma jilqax stedina mill-gvern ta’ Singapore għal diskussjoni dwar il-piena tal-mewt

Aqra wkoll

Il-biljunarju Sir Richard Branson ma laqax talba tal-gvern ta’ Singapore biex jieħu sehem f’dibattitu fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni dwar l-approċċ tal-pajjiż fuq l-użu tad-drogi u l-piena tal-mewt. Branson kien mistieden biex jieħu sehem f’diskussjoni mal-Ministru tal-Affarijiet tal-Intern K Shanmugam. 

Dan kollu qam wara li l-biljunarju Britanniku kien qal hu huwa ma jaqbilx mal-piena tal-mewt kif imħaddma f’Singapore f’ċertu każi bħal traffikar tad-droga. Hu kien qiegħed jitkellem partikolarment dwar l-eżekuzzjoni tat-traffikant tad-droga Nagaenthran Dharmalingam.

F’ittra li kiteb fuq il-blog tiegħu, Sir Richard qal hu ma aċċettax l-istedina għal dibattitu minħabba li f’dawn it-tip ta’ diskussjonijiet hemm dejjem ir-riskju li “l-personalità tieħu preċedenza fuq il-kwistjoni” u għalhekk Sir Richard tenna li diskussjoni ta’ dan it-tip mhi se tagħmel l-ebda ġid. 

Huwa żied jgħid li diskussjonijiet bħal dawn tajjeb li jsiru bejn persuni fi ħdan il-gvern tal-lokal bi trasparenza u b’turija ċara t’evidenza.

Ekonomija

Sport