Tuesday, December 24, 2024

Mixli li qatel ġurnalist u tifla fi sparaturi separati fi Florida

Aqra wkoll

Raġel jinsab mixli li qatel ġurnali u tifla fiż-żona tal-Pine Hills, fi Florida, nhar l-Erbgħa li għadda.

Allegatament, raġel armat fetaħ in-nar fuq żewġ ġurnalisti u fotografu li kienu qed jirrappurtaw dwar il-qtil li seħħ fl-inħawi ta’ Orlando fi Florida. Wieħed mill-ġurnalisti tilef ħajtu filwaqt li l-ieħor sofra xi ġrieħi, u l-fotografu jinsab f’qagħda kritika.

Skont l-awtoritajiet tal-lokal, apparentament, wara l-istess raġel spara fuq il-membri tal-midja, huwa mar f’dar f’Harrington Street fejn spara fuq mara u bnitha ta’ disa’ snin. It-tifla tilfet ħajjitha filwaqt li l-omm tinsab f’qagħda kritika.

Keith Melvin Moses ta’ 19-il sena huwa suspettat li wettaq dawn ir-reati u bħalissa qed jinżamm arrestat. Huwa jinsab mixli b’erba’ każi ta’ sparaturi u qtil, inkluż dik li swiet il-ħajja ta’ ġurnalist u ta’ tifla. Barra minn hekk qed jaffaċċja akkużi dwar serq u li attakk persuni b’arma qerrieda.

Uffiċjal tal-Pulizija qal li l-ġurnalisti bdew jiġbdu filmat ta’ xena investigattiva li tirrigwardja każ ta’ omiċidju ta’ tfajla li kellha madwar 20 sena.

S’issa għadu mhux magħruf x’kien il-motiv li wassal għal dan il-qtil.

Ekonomija

Sport