Friday, May 3, 2024

Liverpool f’taħditiet ma’ konsorzju minn Singapore għal investiment fil-club

Aqra wkoll

Minkejja li t-team jinsab fi kriżi kbira meta nhar it-Tlie­ta ġie umiljat f’daru minn Real Madrid bl-iskor ta’ 5-2 fil-UEFA Champions League, aħbar tajba għall-partitarji ta’ Liverpool hija li l-club jinsab f’taħditiet mal-konsorzju minn Singapore, GIC Private Limited.

Dan il-konsorzju huwa fond sovran ta’ ġid li jamministra r-riżervi barranin … bl-imperu tiegħu jammonta għal kważi $700 biljun. 

Is-sidien ta’ Liverpool, Fenway Sports Group, iridu sieħeb biex jinvesti fil-club biex b’mod gradwali huma jċedu s-sjieda tagħhom. Iċ-chairman, John Henry, qal li ma jridx ibigħ u jitlaq iżda l-investitur il-ġdid irid jitgħallem dwar il-politika u l-kultura tal-club kif ukoll ir-relazzjoni mal-partitarji. 

Henry innifsu qal li se jagħmel dak kollu li jagħmel ġid lill-club. Huwa qal li fis-snin li ġejjin, meta jkun il-waqt irid iħalli lill-istess club f’idejn sodi biex tibqa’ għaddejja l-kontinwitá. Huwa sostna li fis-sajf li ġej, il-coach Jurgen Klopp, se jingħata l-fondi kollha neċessarji biex tissaħħaħ l-iskwadra. 

Sport