Friday, December 20, 2024

Mixli li samat lil ommu wara argument 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena mill-Fgura kien mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq ommu wara li samatha.

Fil-Qorti ntqal li l-Pulizija bdiet tinvestiga wara li rċeviet rapport mill-Isptar Mater Dei. Irriżulta li fl-14 ta’ Jannar li għadda kien inqala’ argument bejniethom fid-dar tal-omm.

F’ħin minnhom ir-raġel sabbat il-borma li kien fiha ilma jaħraq.

Ommu qaltlu biex ma jerġax isabbatha imma allegatament hekk reġa’ għamel. Dak il-ħin, l-ilma jaħraq li kien hemm fil-borma tar għal fuq l-omm, b’binha jeħodha l-isptar. 

Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, l-imputat kien mixli li beżża’ lil ommu, taha fastidju u li ħebb għaliha. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi, bid-difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest tiegħu filwaqt li ddeskriviet l-inċident bħala wieħed sfortunat.

Id-Difiża sostniet li sa ftit xhur ilu r-raġel kien qed jieħu l-mediċina u ma nstamatx għax kien liebes kowt. Id-difiża talbet ukoll li jinħareġ ordni ta’ trattament għar-raġel.

Min-naħa tagħha, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għax qalet li l-każ huwa gravi u għad trid tixhed l-omm.

Il-Maġistrat Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Fl-istess waqt irrakkomandat li huwa jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli u jingħata l-kura meħtieġa.

Ekonomija

Sport