Tuesday, July 21, 2026
Home Aktar Mixli li weġġa’ lil missieru wara li mbottah ma’ ħajt

Mixli li weġġa’ lil missieru wara li mbottah ma’ ħajt

0
660

Raġel ta’ 41 sena residenti San Ġwann ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li mbotta lil missieru ma’ ħajt u kkawżalu ġrieħi ħfief f’żaqqu. 

Fil-Qorti ħareġ kif il-missier, li huwa anzjan, kien mar jirrapporta l-inċident u qal lill-Uffiċjal tal-Pulizija li ibnu kien jitlef il-paċenzja malajr.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonax għal din it-talba.

Kien għalhekk li huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000 u ordnatlu jiffirma l-għassa darba f’ġimgħa. 

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo wissietu biex ma jerġax jiddiskuti dan l-inċident ma’ missieru u jħallih fil-paċi.