Friday, December 27, 2024

Mixli li wettaq atti indiċenti fil-pubbliku

Aqra wkoll

Somalu ta’ 36 sena, Ahmed Osman Ibrahim, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li wettaq atti indiċenti fil-pubbliku.

Huwa tressaq fil-Qorti mixli li mmasturba fi Ġnien Pawlu Boffa f’Raħal Ġdid, post li huwa ffrekwentat sew mill-minuri.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ngħata l-libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €500. Huwa jrid jiffirma l-Għassa tal-Ħamrun tliet darbiet fil-ġimgħa.

Ekonomija

Sport