Mara ta’ 32 sena, li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inżammet arrestata wara li ġiet mixlija li kellha d-droga fil-pussess tad-droga, liema droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħha.
Hija ġiet mixlija wkoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li kienet riċediva.
Fil-Qorti ntqal li l-allegat każ seħħ f’lukanda f’San Ġiljan. Ġie spjegat ukoll kif mal-mara kien hemm persuna oħra li ħarbet minn fuq il-post u li qed tkun imfittxija mill-pulizija.
Hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miiġjuba kontra tagħha, iżda nżammet taħt arrest preventiv wara li kellha t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti.