Sunday, December 22, 2024

Mixlija li qatlet influencer li tixbaha biex taħrab minn familtha

Aqra wkoll

Fil-Qorti Ġermaniża inbeda l-każ ta’ mara li tinsab akkużata li qatlet lill-blogger tas-sbuħija li tixbaha sabiex tiffalsifika l-mewt tagħha sabiex taħrab mill-familja stretta tagħha stess.

Il-każ imur lura għal Awwissu tal-2022, meta f’Inglostadt fil-Ġermanja instab katavru f’karozza Mercedes. Il-katavru kien identifikat mill-familjari tal-Ġermaniża, Shahraban K, iżda l-għada l-awtopsja żvelat li l-vittma kienet Khadidja O, influencer ta’ 23 sena minn Heilbronn. 

Il-prosekuturi Ġermaniżi jemmnu li l-akkużati Shahraban u l-għarus tagħha Sheqir, li t-tnejn li huma għandhom 24 sena, fittxew lil Khadidja permezz tal-midja soċjali. Huma qalu li l-koppja kienu qed ixebbħu lin-nisa bħala parti minn pjan biex Shahraba jirnexxielha tiffalsifika l-mewt tagħha stess.

Ġie rappurtat li l-allegati qattiela bagħtu messaġġ lil Khadidja bl-iskuża tar-rapper popolari Lune, fejn offrewlha l-opportunità li tidher f’wieħed mill-vidjows mużikali tagħha. Madankollu, dan l-ewwel tentattiv falla wara li l-influence irrealizzat li kienet qed titkellem ma’ profil falz fuq il-midja soċjali. 

Il-prosekutur tal-Istat Veronika Grieser qalet li l-koppja reġgħu ppruvaw jkellmuha jumejn wara, b’messaġġ li kienu se joffrula trattament tas-sbuħija b’xejn. Din id-darba l-offerta ħadmet u l-koppja ltaqgħu ma’ Khadidja, fl-istess karozza fejn allegatament instab il-katavru. 

Wara li nstab il-katavru, il-kelliem tal-pulizija Andreas Aichele qal li l-vittma nqatlet b’aktar minn 50 daqqa ta’ sikkina u li għal minħabba  l-istess daqqiet il-wiċċ kien kompletament sfigurat.  

Il-Prosekutur Greiser qal li l-investigazzjonijiet wasslu biex jassumu li l-akkużata riedet tinħeba minħabba tilwima fil-familja u li din tifforma l-mewt tagħha stess 

Il-każ mistennni jkompli jinstema fil-Qorti Ġermaniża. 

Ekonomija

Sport