Żewġ żgħażagħ mis-Somalja baqgħu miżmumin taħt arrest wara li kienu mixlijin li serqu telefon ċellulari f’Paceville.
Adan Jama Shaban ta’ 24 sena u Muhamad Kaarshe Ahmed ta’ 22 sena wieġbu mhux ħatja quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li fit-18 ta’ dan ix-xahar serqu l-mobile ta’ Camilla Rueda u li għexu ħajja bla post fiss fejn jgħixu jew jaħdmu.
Ahmed waħdu kien mixli wkoll li ikkaġuna ġrieħi ħfief lil David Leonardo Diaz Enriquez, li kellu sikkina u li kiser diversi sentenzi tal-Qorti.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Joseph Xerri mentri l-Avukat Josette Sultana dehret għaż-żewġ akkużati.