Tuesday, December 24, 2024

“Miżuri li qed iħallu effett pożittiv”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“Miżuri li qed iħallu effett pożittiv fuq il-poplu kollu. Għat-tieni xahar konsekuttiv kien reġistrat tnaqqis fil-prezz tal-ikel u dan anke ġie kkonfermat anke mill-Eurostat.” Dan qalu l-Prim Ministru Dr Robert Abela waqt li kien qiegħed jindirizza attivita politika f’Wied il-Għajn bit-tema “Insaħħu Malta Tagħna”.

“Fi Frar dak li għamilna ħalla effett sinjifikanti. Tant li għall-ewwel xahar f’diversi snin il-prezz tal-ikel naqas u mhux żdied. L-ewwel numri ppubblikati mill-Eurostat fl-aħħar jiem urew li anke f’Marzu l-effett ta’ dak li għamilna baqa’ jinħass b’mod pożittiv,” qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru spjega kif mentri ħaddieħor kien jgħabb lill-poplu bil-piżijiet – għax jekk il-prezzijiet barra jogħlew, jogħlew Malta, Gvern Laburista qal: “Jekk il-prezzijiet barra jogħlew, aħna xogħolna nkunu tarka għal dawn ix-xokkijiet.”

Ekonomija

Sport