Sunday, December 22, 2024

Mohamed Salah irid kuntratt ta’ £500,000 fil-ġimgħa ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Ir-rappreżentanti ta’ Mohamed Salah talbu li Liverpool jagħtu lill-attakkant kuntratt ta’ £500,000 fil-ġimgħa.

L-internazzjonali Eġiżżjan bħalissa jinsab ffl-aqwa forma fil-karriera tiegħu, fejn skorja f’10 logħbiet kosnejuttivi u b’kollox skorja 15-il goal matul il-bidu tal-istaġun.

Salah skorja hat-trick hekk kif Liverpool għelbu lil Manchester United nhar il-Ħadd, bil-manager Jurgen Klopp itenni wara l-logħba li l-istilla tal-club irid jibqa’ f’Anfield.

Madankollu, ir-rappreżentanti tal-player ta’ 29 sena qed jitolbu li jingħata kuntratt li jiswa £26 miljun fis-sena.

Din hija żieda sinifikanti fuq l-£400,000 fil-ġimgħa li kienu qalu li kienu qed jitolbu aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-kuntratt attwali ta’ Salah għandu jiskadi fl-2023, b’dan joħloq xenarju fejn clubs oħra ta’ profil għoli se jkunu qed jissorveljaw is-sitwazzjoni qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Ekonomija

Sport