Saturday, September 14, 2024

Mohamed Salah irid salarju ta’ £400,000 biex jibqa’ ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Mohamed Salah irid jaqla’ £400,000 fil-ġimgħa sabiex jiffirma kuntratt ġdid ma’ Liverpool.

L-internazzjonali tal-Eġittu gawda minn bidu sensazzjonali tal-istaġun, u skorja 10 goals u pprovda erba’ assists minn 10 ħarġiet fil-Premier League u fiċ-Champions League.

Madankollu, il-player ta’ 29 sena għad għandu biss kuntratt sal-2023, sitwazzjoni li Liverpool bħalissa qed jippruvaw jirranġaw.

Jista’ jkun li jkun hemm offerta ta’ kuntratt ta’ £400,000 fil-ġimgħa biex Salah jimpenja l-futur fit-tul tiegħu mal-ġganti ta’ Merseyside.

Liverpool jistgħu jkunu lesti li jilħqu dik iċ-ċifra, u jagħmlu lill-attakkant l-iktar player imħallas fil-Premier League.

Il-Manager Jurgen Klopp dan l-aħħar issuġġerixxa li jqis lil Salah bħala l-aqwa player fid-dinja.

Ekonomija

Sport