Ole Gunnar Solskjaer frustrat li ma ġiex iffirmat midfielder ċentrali

0
739

Ole Gunnar Solskjaer tħalla frustrat meta Manchester United naqsu milli jiffirmaw midfielder ċentrali ġdid matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

United għamlu tliet żidiet ta’ profil għoli qabel l-iskadenza tal-31 ta’ Awwissu, u akkwsitaw lil Raphael Varane, Jadon Sancho u Cristiano Ronaldo.

Madankollu, minkejja li kellhom numru ta’ alternattivi għad-dispożizzjoni tagħhom, United ma tejbux il-kwalità f’nofs il-ground, xi ħaġa li diġà xekklet il-wirjiet tagħhom f’dan l-istaġun.

Numru ta’ raġunijiet żguraw li l-United eventwalment żammew man-numru attwali tagħhom ta’ għażliet ta’ nofs il-ground.

Minbarra li ġie ssuġġerit li d-difensur ċentrali u l-winger għandhom jingħataw prijorità, United ġew infurmati li l-mira Eduardo Camavinga pprefera jingħaqad ma’ Real Madrid.

Players bħal Declan Rice tqiesu għoljin wisq, filwaqt li ma waslu l-ebda offerti realistiċi għal Paul Pogba.