Aħbar tajba għall-partitarji ta’ Liverpool hija li l-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, aċċetta li jġedded il-kuntratt għal tliet snin li fih mistenni jaqla’ £400,000 fil-ġimgħa.
B’hekk ir-Reds mhux se jibqgħu jfittxu winger fuq il-faxxa laterali tal-lemin minħabba l-biżgħa li Salah seta’ jitlaq b’xejn f’Ġunju 2023.