Saturday, October 26, 2024

Mohamed Salah se jilħaq jirkupra għall-finali taċ-Champions League

Aqra wkoll

Mohamed Salah ta’ Liverpool sostna li se jkun tajjeb għall-finali taċ-Champions League, minkejja li kellu jirtira b’injury fir-rebħa tal-FA Cup kontra Chelsea nhar is-Sibt.

L-Eġizzjan ġie sostitwit wara ftit aktar minn nofsigħa filfinali ta’ Wembley Stadium bħala riżultat ta’ problema fil-groin, li qanqal biża’ li ma jkunx disponibbli biex jiffaċċja lil Real Madrid fil-finali tant mistennija taċ-Champions League f’Pariġi fit-28 ta’ Mejju.

Anke mingħajr Salah, Liverpool irnexxilehom jegħlbu lil Chelsea bil-penalties wara 120 minuta mingħajr goals biex għollew it-tieni trofew tal-istaġun waqt it-tenattiv tgaħhom li jiksbu l-quadruple crown, wara li rebħu l-EFL Cup bil-penalties kontra l-istess avversarju lura fi Frar li għadda.

Wara r-rebħa tas-Sibt, Salah ġie mistoqsi jekk ikunx tajjeb biex jiffaċċja lil Real Madrid aktar tard dan ix-xahar, u wieġeb: “Naturalment, ovvjament. Ninsab tajjeb!”

Wara li kellu jirtira minħabba injury fl-ispalla fl-ewwel taqsima tat-telfa tal-finali taċ-Champions League ta’ Liverpool kontra l-Los Blancos lura fl-2018, Salah qed ifittex li jwettaq vendetta sportiva fil-finali ta’ bejnitehom fil-kapitali Franċiża.

Sport